Il-Palazz Irjali ċaħad rapporti u xniegħat li r-Reġina Eliżabetta t-Tieni għandha l-Covid-19, filwaqt li spjega li hija kienet iddaħħlet l-isptar għal testijiet. Filfatt ir-Reġina, li llum tgħodd 95 sena, tinsab f’kundizzjoni tajba wara li fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis għaddietu rrikoverata l-isptar, għall-investigazzjonijiet preliminari.

Hi ddaħħlet l-isptar King Edward VII fiċ-ċentru ta’ Londra wara li ħassret vjaġġ li kellha skedat fil-jiem li għaddew lejn l-Irlanda ta’ Fuq. Rapporti qed jgħidu li r-Reġina kienet lura mill-isptar il-Ħamis wara nofsinhar.