L-Awtorità tal-Ippjanar iċċarat li mhuwiex minnu li niċċa tal-Madonna u minjatura ta’ Knisja se jitneħħew jew tneħħew f’ordni ta’ infurzar fil-Għargħur.
Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar irreaġixxiet għall-miż-informazzjoni li kienet qed tiċċirkola fuq il-midja soċjali.
L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li l-ordni ta’ infurzar kienet fuq strutturi oħra ġodda tal-konkrit, li telgħu m’ilux fl-inħawi ta’ ‘Top of the World’.
L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li hi qatt ma talbet lil xi ħadd ineħħi n-niċċa tal-Madonna u l-minjatura ta’ Knisja, li jinsabu erba’ mitt metru ’l bogħod mill-istrutturi tal-konkrit li telgħu illegalment fuq art barra miż-żona tal-iżvilupp u fuq ix-xagħri.