Il-numru tal Mobile ta’ Chris Cardona ma kienx fil-mobiles li nstabu waqt ir-rejd li fih il-Pulizija arrestati lit-tliet eżekuturi li allegatament wettqu l-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.
Żvelaw dan sorsi viċin l-investigazzjonijiet li tkellmu mal-Malta Independent li qalet kif din l-allegazzjoni qamet minn konversazzjoni li saret bejn l-aħwa Alfred u George Degiorgio u għadhom ma nstabux provi konkreti f’dan ir-rigward.
Waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tas-suspettat mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia Yorgen Fenech, il-middleman Melvin Theuma qal li fenech qallu Li n-numru ta’ Cardona kien l-unika wieħed li nstab fuq il-mobajls użati mit-tliet suspettati bil-qtil. Huwa kien sostna dan meta mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Theuma li ngħata li proklama biex Jixhed dak kollu li jaf dwar il qtil xehed li din l-informazzjoni tahielu Yorgen Fenech.
Iżda waqt il-kumpilazzjoni ma kienx ċar jekk din l-informazzjoni li għadda Fenech kienitx sostnuta bil-provi li ġabru l-Pulizija.
Fil fatt ma kinitx bis-sorsi tal-Malta Independent qalu li sa issa għadha ma nstabet l-ebda informazzjoni fuq il-mobiles misjuba f’qiegħ il-baħar.
Is-sorsi komplew jgħidu li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, bi Chris Cardona jsostni li l-Pulizija qatt ma kellmuh fuq din l-allegazzjoni u żied jgħid li l-Pulizija ma kkonfermawhiex.