Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fi stqarrija ċaħad kategorikament rapport li deher f’gazzetta partikolari li s-sistema tal-ID cards li tieħu ħsieb Identity Malta qiegħda f’xifer ta’ kriżi.
L-istqarrija tgħid li lanqas ma nħatar kumitat jew sar xi rapport dwar din is-suppost kriżi.
Il-Gvern fakkar li s-sistema tal-ID cards preżenti, ħlief għal xi titjib żgħir, hi dik imfassla u mwettqa mill-amministrazzjoni preċedenti, bid-differenza li llum l-Maltin għandhom ID card valida. Dan fejn kien falla ħaddieħor li ħalla lill-Maltin b’ID card skaduta għal bosta snin.