Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima fi stqarrija kkjarifika li l-Ministru José Herrera qatt u mkien ma qal li “l-proġetti ta’ kostruzzjoni tal-Gvern, bħal akkomodazzjoni soċjali, ma jistgħux jinbdew għax m’hemmx fejn jintrema l-iskart ta’ kostruzzjoni,” kif ġie rrappurtat.
Kuntrarju għall-impressjoni li setgħet ingħatat, il-Ministru qal li r-regolamenti l-ġodda, li dalwaqt se jkunu ppubblikati, se jidħlu fis-seħħ biex bħala Gvern ikunu antiċipati sitwazzjonijiet fejn proġetti jkunu jridu jibdew imma jeħlu għax ikun hemm il-problema ta’ rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni.