L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) caħdet rapporti fil-midja li għolew il-prezzijiet tal-paracetamol ta’ tip Crescent.
Fi stqarrija l-MCCAA qalet li nvestigat dan il-każ u li ma sabet l-ebda ċaqlieq fil-prezzijiet ta’ dan il-Paracetamol fl-ispiżeriji.