Dak li ra l-fotografu Rene Rossignaud ilbieraħ wara nofsinhar ħalliet lil ħafna b’ħalqhom miftuh. “Din hija Mount Etna miksija bis-silġ, hekk kif tidher mill-Mdina fl-16:35” kiteb fuq Facebook.
Dawn l-aħħar jiem, mhux fotografu jew tnejn ispiraw ruħhom minn Sqallija, hekk kif tidher minn Malta. Ritratt ieħor li laqatna kien ta’ Jonathan Borg.