Wara l-appelli li saru mill-Fondazzjoni ta’ Valletta 2018 biex jitneħħew il-billboards li hemm fil-foss ta’ San Ġakbu, il-Partit Laburista neħħa immedjetament il-bill board tiegħu. Ma jistax jingħad l-istess għall-Partit Nazzjonalista. Mhux talli ma neħħiex tiegħu, iżda biddel il-wieħed li kellu qabel ma’ wieħed ġdid.
Iċ-Ċermen ta’ V18 Jason Micallef qal li l-fondazzjoni qed tiddefendi l-patrimonju nazzjonali. Fl-appell tiegħu, Micallef qal li mhux aċċetabli li partiti politiċi jagħmlu mill-belt kapitali hub ta’ billboards.