Splużjoni laqtet grupp ta’ karozzi tal-linja li kienu qed iġorru persuni evakwati minn bliet Sirjani taħt il-Gvern, viċin Aleppo.
L-isplużjoni seħħet kawża ta’ karozza-bomba, hekk kif il-karozzi tal-linja kienu qed jistennew f’territorju maħtuf minn ribelli. Eluf ta’ persuni kienu evakwati miż-żewġ naħat tal-gwerra fis-Sirja; dawk f’inħawi maħtufa minn ribelli u dawk f’inħawi f’idejn il-Gvern. Dan fi ftehim immirat biex inaqqas it-tbatija tan-nies f’postijiet li jinsabu maħtufa minn kwalunkwe forzi, biex joħorġu mill-ġlied.
Madanakollu, hu stmat li 5,000 persuna minn inħawi maħtufa mill-Gvern u 2,200 persuna f’inħawi maħtufa minn ribelli jinsabu fi stat ta’ limbu, jistennew u ma jafux fejn sejrin. Aktar minn 64,000 persuna ċivili tinsab maqbuda f’ċiklu ta’ vjolenza u deprivazzjoni katastrofika.