Membru Parlamentari Ingliż mill-Partit tal-Konservattivi mhux ser ikun sospiż mill-Parlament wara li bdiet investigazzjoni fuqu fuq allegat suspett ta’ stupru.
Il-Membru Parlamentari Ingliż li għandu bejn ħamsin u sittin sena kien arrestat is-Sibt u ngħata l-ħelsien mill-arrest.
Il-Pulizija Ingliża qalet li l-allegazzjonijiet huma relatati ma’ erba’ każijiet separati u huwa mifhum li seħħew bejn Lulju tal-2019 u Jannar tal-2020.
B’reazzjoni, il-Partit Laburista Ingliż qal li d-deċiżjoni li l-individwu ma jiġix sospiż mill-Parlament hija xokkanti u tibgħat messaġġ ħażin għall-aħħar f’Westminster.