Il-Qorti tal-Appell Kriminali ppreseduta minn tlett Imħallfin ikkonfermat is-sentenza mogħtija mill-ewwel Qorti fil-konfront ta’ Allan Galea b’rabta mal-qtil ta’ Anthony Borg magħruf aħjar bħala l-Bona.
Il-Bona kien inqatel barra l-Każin Nazzjonalista f’Marsaxlokk fi Frar ta’ tmien snin ilu.
Il-Qorti tal-Appell illum kkonfermat is-sentenza ta’ sitt snin ħabs li weħel Allan Galea iżda marret lil hinn u stqarret lil-fatt li Galea aġixxa fil-bżonn attwali tad-difiża leġittima tiegħu nnifsu iżda ħareġ barra mil-limiti m’huwiex skużabbli.
Dan għal kuntrarju ta’ dak li qalet l-ewwel Qorti fejn skużat lill-akkużat.
Minkejja dan, skont il-liġi, il-Qorti ma laqgħetx it-talba tal-Avukat Ġenerali biex iżżid il-piena fil-konfront ta’ Allan Galea.
Dan għaliex il-liġi tgħid li l-imputat fi stadju t’appell ma jistax tiżdiedlu l-piena.