Ir-Renju Unit ikkonferma formalment li mhux se tintalab estensjoni għall-perjodu ta’ tranżissjoni għal Brexit wara l-31 ta’ Diċembru.
Il-Ministru Michael Gove tkellem mal-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea u n-negozjatur ewlieni għal Brexit Michel Barnier waqt it-tieni laqgħa tal-Kumitat bejn iż-żewġ partijiet.
Il-Kumitat kellu jiddeċiedi sal-aħħar tax-xahar jekk jiġix estiż il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Fid-dawl li m’hemmx aktar laqgħat skedati tal-Kumitat, l-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra d-deċiżjoni tar-Renju Unit bħala konklużjoni definita dwar is-suġġett.