Qorti fil-Pakistan irrevokat sentenza ta’ mewt lil mara Kristjana, wara li fl-2010 din instabet ħatja li offendiet lill-Profeta Muhammad f’argument mal-ġirien tagħha.
Asia Bibi dejjem wieġbet mhux ħatja għal dawn l-akkużi, iżda ilha tmien snin tinżamm f’iżolament.
Id-deċiżjoni tal-Qorti li din tinħeles minn kull akkuża rrabbjat lill-poplu Pakistani, tant, li mijiet inġabru fi protesti f’diversi nħawi tal-pajjiż.
Iż-żona fejn jinsab il-Qorti f’ Iżlamabad tinsab magħluqa kompletament għal-pubbliku bħaka prekawzjoni.
Asia Bibi se tinħeles mill-arrest minnufih.