Il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern wegħdet li qatt ma tgħid isem l-aggressur li wettaq l-attakki fil-moskej f’Christchurch.
Waqt indirizz emozzjonali fil-Parlament ta’ New Zealand, Ardern qalet li l-aggressur ried li, fost oħrajn, jibqa magħruf bl-att terroristiku li wettaq.
L-isparaturi tal-Ġimgħa li għadda f’żewġ moskej ħasdu l-ħajja ta’ ħamsin persuna, b’għexieren oħra midruba.
L-Awstraljan Brenton Tarrant ta’ tmienja u għoxrin sena jinsab akkużat li wettaq l-attakk terroristiku.