Kamp Emergenza Ambjent kjarifikat li l-aċċess għal Manoel Island għadu miftuħ u li kull attentat biex jingħalaq dan l-aċċess se jkun milqugħ b’attentati oħra biex dan jinfetaħ.
Fi stqarrija qalet li għandha aktar minn xhud wieħed jgħid li l-kanċelli għal Manoel Island kienu magħluqa, kuntrarju għal dak li qalet il-kumpanija Midi. Fakkret li Malta kollha tista’ tixhed li l-aċċess ilu magħluq għal dawn l-aħħar sittax-il sena.
Kamp Emerġenza Ambjent qalu li Midi qed tipprova ittappan l-azzjoni tagħom b’gideb. “Qatt ma saqsejna għal aċċess għall Forti Manoel iżda Midi ddeċidiet tħallih kompletament miftuħ” komplew jgħidu, filwaqt li sostenew li mhux se jkunu mhedda minn ‘bullies’ li jaħsbu li jistgħu jaħkmu Malta.