Il-President Amerikan Joe Biden wiegħed li l-awtoritajiet Amerikani se jfittxu liġ-Ġiħadisti li kienu l-moħħ wara l-attakk suwiċida f’Kabul, li ħalla 90 persuna mejta. 13 minn dawn kienu suldati Amerikani.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-President Amerikan Joe Biden qal li l-Istati Uniti mhux se jaħfru lit-Talibani. Mindu t-Talibani ħadu l-poter tal-Afganistan aktar kmieni dan ix-xahar, mitt elf persuna ħarbu mill-pajjiż. It-Talibani kienu ħarġu twissija wara oħra li se jkun hemm attakki minħabba ġemgħat ta’ persuni barra l-ajruport ta’ Kabul, lesti biex jaħarbu mill-pajjiż.
Is-suldati Amerikani se jibqgħu jiġu evakwati mill-pajjiż u persuni ċivili qed jissieltu biex jaħarbu mill-pajjiż sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
F’konferenza separata l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ikkundanna l-attakk li hu sejjaħ ‘barbaru’, u wkoll qal li l-evakwazzjonijiet li qed imexxi l-Gvern Ingliż fl-Afganistan se jibqgħu għaddejjin