Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, rrefera għal rapport li deher fit-Times of Malta dalgħodu u rrimarka li mhux se jkun hemm tibdil fin-numru ta’ lezzjonijiet jew fil-ħin iddedikat għas-suġġett tal-Ingliż.
Mhux talli l-importanza tal-lingwa Ingliża mhix se tonqos, iżda l-Ministeru se jkun qed jinvesti iżjed f’taħriġ għall-għalliema fl-Ingliż permezz ta’ ftehim ma’ Cambridge English, bil-għan li l-istudenti jkomplu jirċievu tagħlim ta’ kwalità dejjem aħjar f’dan is-suġġett.
Il-Ministeru qal li dejjem ħadem biex isaħħaħ il-lingwa Ingliża f’kull livell tas-settur edukattiv.