Is-segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo qal li mhux se jkunu qed jittaffew l-ebda sanzjonijiet fuq il-Korea ta’ Fuq.
Dan qabel ma turi biċ-ċar li wettqet id-diżarmament nukleari tagħha.
Huwa qal dan waqt konferenza li saret jiem biss wara s-summit storiku bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong Un f’Singapore.
Iż-żewġ mexxejja ffirmaw dikjarazzjoni li torbothom biex jistabbilixxu relazzjoni ġdida.
Dikjarazzjoni ta’ ftehim li hu mifni b’xettiċiżmu, hekk kif osservaturi qalu li dan fih nuqqas ta’ dettall dwar kif il-Korea ta’ Fuq se tkun qed tneħħi l-armi nukleari tagħha.