L-Ekwador daħħal regoli ġodda biex iwaqqaf immigrant mill-Veneżwela li jidħlu fil-pajjiż mingħajr passaport, bil-konsegwenza li ħafna tħallew maqbudin fil-Kolombja.
Eluf ta’ nies mill-Veneżwela, li qed jaħarbu l-kriżi ekonomika u politika ta’ pajjiżhom, kienu qed jidħlu fl-Ekwador mill-Kolombja billi jużaw il-karti tal-identita biss.
Ħafna minnhom imorru lejn in-Nofsinhar, biex jingħaqdu mal-membri tal-familja tagħhom fil-Peru u ċ-Ċili.
Kolombja pprotestat kontra dal-passa, u qalet li nies vulnerabbli se jkunu maqbuda man-naħa tagħha fil-fruntiera.