Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg ħabbar li membru fuq il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar mbux se jibqa’ jservi fil-bord.
Dr Borg qal li iktar kmieni llum inġibditlu l-attenzjoni minn Membru Parlamentari, li fuq l-Awtorità tal-Ippjanar jista’ jkun hemm membru li għandu kunflitt ta’ interess fuq il-Bord.
Qal li wara li tkellem mal-persuna kkonċernata u spjegalu fatti ġodda li qatt ma kien infurmat bihom qabel, qablu li sabiex titneħħa kull spekulazzjoni jew dubju, ma jibqax iservi fuq dan il-bord. Fl-istess ħin qal li kien hemm qbil li f’kull deċiżjoni li huwa ħa ma kien hemm ebda interess dirett jew indirett fuq id-deċiżjonijiet li huwa pparteċipa fuqhom.
Il-Ministru Borg sostna li dwar l-Awtorità tal-Ippjanar hemm bżonn li jsiru riformi u bidliet importanti fil-ġimgħat u xhur li ġejjin u sostna li tmexxija ġdida ser jkollha ħafna fuqiex taħdem.