Id-direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika qed javża lill-pubbliku li mhux rakkomandat li jsir għawm fil-Bajja tal-Balluta ta’ San Ġiljan minħabba l-preżenza ta’ kontaminazzjoni mikrobioloġika, E. coli u I. Enterococci, li affettwat il-kwalità tal-ilma għall-għawm u konsegwentament qed tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm.
Intant l-uffiċjali qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni. It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f’dan l-istadju.