Mhux rakkomandat li jsir għawm fil-bajja fi Triq F.M. Ferretti Street, f’Birżebbuġa, li ġġorr il-kodiċi A1.
Dan skont direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, maħruġa mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovritendenza għas-Saħħa Pubblika.
Dan minħabba żbroff tad-drenaġġ li affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat.
L-uffiċjali qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni, iżda t-tul tiegħu ma jistax jiġi determinat.
Twaħħlu wkoll tabelli fiż-żona, li jindikaw dan, iżda li se jitneħħew ladarba l-kwalità terġa’ tilħaq il-livelli meħtieġa.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21337333 bejn it-tmienja ta’ filgħodu u s-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar jew permezz ta’ email fuq wrau.ehd@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ jżur ukoll il-paġna ta’ Facebook tad-direttorat, jew is-sit https://environmentalhealth.gov.mt għal aktar informazzjoni.