Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, avża kif mhux rakkomdat għawm fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġam skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm.
Dan l-avviż li huwa indefinit sakemm joħroġ avviż ieħor, ħareġ minħabba żbroff tad-drenaġġ li affettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm.
Inqat kif il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet infurmata b’dan u ħadet azzjoni mmedjata hekk kif instab li l-kontaminazzjoni kienet qed tiġi kkawżata minn latrina pubblika. Għaldaqstant, tnaddaf il-blockage u l-iżbroff ġie mwaqqaf minnufih.
Sadanittant qegħdin isiru testijiet tal-ilma biex jiġi ddeterminat meta din il-bajja tista’ terġa’ tinfetaħ għall-għawm. Dan filwaqt li twaħħlu tabelli fil-bajja biex jindikaw dan kollu, liema tabelli jitneħħew waqt li tinħareġ stqarrija stampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa tajjeb għall-għawm mill-ġdid.