Illum fis-Siġġiewi hija l-festa ta’ San Nikola. Tradizzjoni li tmur lura fiż-żmien iżda li għadha prattikata tara tfal libsin tal-qaddis, għaddejjin mit-toroq tas-Siġġiewi.
San Nikola twieled fit-tielet seklu f’Patara – illum parti mit-Turkija. Il-ġenituri tiegħu kien sinjuri u tawh edukazzjoni nisranija, imma mietu meta kien għadu ta’ eta’ zgħira. Bi flusu għen lill-fqir u lill-batut u b’dak li wiret assista lil min kellu bżonn u lill-morda. Huwa ddedika hajtu lil Alla u meta kien għadu żagħżugħ inħatar Isqof. L-isqof Nikola kien magħruf għall-ġenerozità tiegħu mal-fqar, l-imħabba lejn it-tfal u l-preokkupazzjoni tiegħu lejn il-baħħara u x-xwieni.
Matul iz-zminijiet San Nikola sab ruhu meqjum mill-insara, ortodossi u anke protestanti. Il-festa tiegħu timmarka l-bidu tac-celebrazzjonijiet tal-Milied. Fil-Ġermanja tfal jilbsu ta’ isqfijiet u jitolbu l-karita’, fl-Olanda u l-Belġju San Nikola jasal bil-vapur minn Spanja biex jirkebżziemel abjad u jqassam rigali zgħar. U fis-Siġġiewi, il-Maltin ifakkruh kif tistgħu taraw hawn.