B’referenza għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar il-ħidma fis-settur edukattiv, il-gvern ifakkar li mill-ewwel ġurnata tal-għeluq tal-iskejjel ittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa b’mod inklussiv sabiex it-tagħlim jitkompla bil-mezzi online, liema tagħlim irriduh ikompli jimxi ’l quddiem.
Il-gvern jirringrazzja lill-edukaturi tagħna ta’ din il-ħidma għall-ġid ta’ uliedna u ta’ ulied uliedna u jkompli jagħmel dan. Minkejja dan il-ġid kollu li sar u li se jkompli jsir, l-Oppożizzjoni qed tkun għal darba oħra negattiva u qed tgħid li s-settur ma kienx ippreparat.
Dan mhuwiex minnu, tant li l-ħidma li twettqet flimkien kisbet apprezzament minn istituzzjonijiet internazzjonali bħall-Prince’s Trust, il-Commonwealth u l-Partit tas-Soċjalisti Ewropej.