Rapporti fuq il-midja soċjali dwar il-mewt tal-ewwel voluntiera għat-tfittxija tal-vaċċin tal-coronavirus fl-università ta’ Oxford m’huma xejn ħlief aħbar falza li oriġinat f’sit elettroniku li tikteb rapporti foloz u tippublikahom bħala aħbarijiet.
Il-voluntiera, Dr. Elisa Granato, li hija mikrobijoloġista u l-ewwel persuna fl-Ewropa li tlaqqmet f’test kliniku li qed isir kontra l-imxija tal-COVID-19, xejnet għal kollox l-aħbar falza.
Il-Kap tal-grupp tal-vaċċin ta’ Oxford, il-Professur Andrew Pollard, li qed imexxi dawn il-provi qal li dawn it-tip ta’ rapporti foloz jistgħu jagħmlu ħsara fil-ħidma tal-profesjonisti kontra l-virus.