Mhux minnu li l-baġit għall-isptarijiet nazzjonali se jonqos bi ħmistax-il miljun ewro fil-Baġit 2025, kif irrapportat fuq l-ewwel faċċata tat-Times, fil-ħarġa tagħha tal-Erbgħa.
It-Times irrapportat li, f’dak li jidher bħala l-akbar daqqa għas-servizzi tas-saħħa, se jkun hemm €9 miljun inqas allokati għall-ispejjeż fl-amministrar tal-isptarijiet u €6 miljun inqas fix-xogħlijiet infrastrutturali.
Minkejja dan, ONE News informat li allokazzjoni ġdida, li jidher li t-Times injorat, ta’ €15-il miljun għas-sena d-dieħla tinsab taħt Malta Health Limited, li bdiet tinkorpora lill-eks ħaddiema ta’ Steward Healthcare Limited. Tali spejjeż jinkludu l-pagi tagħhom u baġit għal xogħlijiet li dawn iwettqu.
Kif irrapportat ilbieraħ, l-allokazzjoni għall-isptarijiet is-sena d-dieħla qed tiżdied b’€24 miljun fuq is-sena l-oħra.
AQRA IKTAR: