Imħallef ma laqax it-talba ta’ Robert Agius, wieħed mill-aħwa tal-Maksar, biex uffiċjali tal-Pulizija jixhdu fi proċeduri ta’ libertà proviżorja dwar żviluppi ġodda li “jippr, fi kliemu, jippruvaw l-innoċenza tiegħu”.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fit-talba tiegħu Agius allega li l-iżviluppi ġodda fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontrih “juru” li hu innoċenti u talab lill-Qorti biex issejjaħ lill-uffiċjali tal-Pulizija biex jipprovdu evidenza u jinfurmaw lill-Qorti b’rabta ma’ dan.
L-Imħallef Giovanni Grixti qal li li kieku laqa’ din it-talba kien ikun qed jimina l-mod kif titħaddem il-proċedura tal-libertà proviżorja fl-ordni legali ta’ Malta.