Fis-serje ta’ stejjer pożittivi rrakkontati fuq is-siti soċjali, illum feġġet oħra dwar warden li għamel xogħolu b’reqqa iżda li xorta waħda żamm f’moħħu li kulħadd uman.
Raġel irrakkonta kif mill-bod lemaħ warden stazzjonat f’San Pawl il-Baħar u ddeċieda li josservah. Spjega kif wara 30 minuta josservah ħa gost li fil-waqt li kien hemm drabi li ħareġ ċitazzjonijiet kif jitlob xogħolu, kull karozza li ma kinitx ipparkjata kif suppost ħa l-ħin tiegħu jistenna lis-sewwieq biex jara jirritornax.
Kompla jgħid li wara li rritorna s-sewwieq ta’ kull vettura, widdeb lil kull wieħed u waħda minnhom mingħajr ma ħareġ ċitazzjoni. L-istess raġel qal li kien ġest sabih li l-istess warden ma qabadx u ta ċitazzjoni u beda l-ġurnata tan-nies bil-ħażin iżda widdibhom ta’ dak li għamlu.
Kienu diversi persuni li qalu l-opinjoni tagħhom taħt.
Kien hemm dawk li faħħru l-ġest ta’ dan il-warden fil-waqt li kien hemm min qal lil dan ir-raġel li minħabba dan il-kumment li poġġa fil-beraħ, dan il-warden jaf jitlef xogħolu.