Żewġt aħwa li fl-2008 kienu akkużati li kkorrompew bint wieħed minnhom inħelsu minn kull akkuża wara li l-Qorti ma laqgħatx l-appell tal-Avukat Ġenerali. Il-Qorti għamlet dan għal diversi raġunijiet, fosthom li x-xhieda tal-allegat vittma ma kinitx preċiża.
Meta allegatament seħħ il-każ, wieħed mill-akkużati kien għaddej bi proċeduri ta’ separazzjoni minn m’omm bintu, l-allegat vittma. Kien intqal li dan kien jara l-pornografija ma’ bintu, u li ħuh, li dak iż-żmien kellu biss ħmistax-il sena, kellu x’jaqsam sesswalment magħha.
L-Avukati difensuri argumentaw li x-xhieda tal-vittma li kellha biss ħames snin kienet influwenzata minn nies oħra, inkluż ta’ ommha, li ħaditha għand diversi psikologi biex tikseb il-konklużjonijiet li xtaqet hi.
Dan filwaqt li ebda eżami li sar fuq iz-ziju tal-vittma ma wera li għandu ġibda lejn il-minuri.