Raġel mill-Marsa li fl-2013 qala’ daqqiet fil-ġenitali mis-sieħba tiegħu ma nstabx ħati li fl-argument li wassal għal dan taha daqqa ta’ injama lill-istess sieħba. Dan għaliex, peress li l-mara għażlet li ma tixhedx, il-Qorti ma sabet l-ebda evidenza tal-intenzjoni li Alfred Farrugia jweġġa’ lill-mara. Fir-rapport lill-Pulizija, Carmen Meilak irrapportat li hi u mixja lura d-dar waħedha mill-festa tal-Marsa, fejn qattgħet il-lejl tixrob mal-akkużat, waqfitilha karozza ssaqsiha jekk kinitx prostituta.
Kien f’dan il-ħin li allegatament l-akkużat tfaċċa u taha numru ta’ daqqiet. Sussegwentament il-mara ħarget sikkina u tatu daqqa fi driegħu u spallejh bil-konsegwenza li l-akkużat repetutatament taha daqqiet fuq wara ta’ rasha permezz ta’ injama.
Iżda l-verżjoni ta’ Farrugia fejn xehed li daħal f’argument mal-mara wara li ra ħierġa minn karozza griża, u ġegħla titlaq ‘l hemm. Kien hawn li qal li l-mara qabdet ittih f’wiċċu u hu fajrilha daqqa lura. Huwa qal li daqqiet ta’ sikkina qalagħhom fil-ġenitali tiegħu li x’ħin waqa’ mal-art bl-uġigħ hedditu li se toqtlu, u kompliet ittih daqqiet ta’ sikkina x’ħin prova jaħrab.
Minkejja li kien hemm filmati tac-CCTV li wrew l-inċident sħiħ dawn ma setgħux jintużaw minħabba żball fil-proċedura min-naħa tal-Pulizija.