Robert Gaetano Xuereb ta’ 33 sena mill-Iklin wieġeb mhux ħati li attakka u rreżista bi vjolenza jew ħebb għal uffiċjal tal-pulizija.
Huwa kien akkużat ukoll li kiser l-ordni pubblika u li rrifjuta li jagħti dettalji personali tiegħu lill-Pulizija.
Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża u b’hekk l-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €1,500.