Żagħżugħ mixli bil-qtil ta’ mara li mietet sentejn wara ħabta fl-Imsida ngħata multa ta’ 3,000 ewro.
Emerson Vella ma nstabx ħati li kkaġuna l-mewt tal-mara iżda l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud sabitu ħati li saq bi traskuraġni.
Huwa kien qed isuq karozza Volkswagen Golf fi Triq Dun Karm nhar id-9ta’ Marzu fis-1:30 ta’ filgħodu meta baqa’ dieħel fil-karozza ta’ Catherine Fenech minn Birkirkara.
Taħt xita nieżla l-vittma kienet fit-triq tgħin lil binha li kienet waqfitlu l-karozza tiegħu.
Il-mara kienet għamlet xi żmien fil-periklu tal-mewt u miet fl-1 t’April tal-2017, ftit aktar minn sentejn wara l-inċident.
Ir-raġel kien ġie mixli wkoll li kien qed isuq taħt l-effett tal-alkoħol.
Apparti l-multa imposta fuqu, il-Qorti skwalifikat il-liċenzja tal-imputat għal sena.
L-akkużat ġie assistit mill-avukati Amadeus Cachia u Franco Debono.