Vincenzo Maniscalco, Taljan ta’ 42 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar inħeles mill-akkużi wara li tressaq il-Qorti mixli bi frodi għad-dannu tal-Lidl.
Huwa kien akkużat li flimkien ma’ Taljana oħra, li kienet taħdem bħala kaxxiera mas-supermarket fiż-Żejtun, allegatament għamlu 32 xirja ta’ ammonti bejn €300 u €400 u li għalihom l-akkużat ħallas ċenteżmi.
Fil-Qorti intqal kif il-kaxxiera kienet tgħaddi x-xirja mingħajr ma toħroġ kont, jew inkella toħroġ kont ta’ ftit ċenteżmi.
Il-każ imur lura għall-2018.
It-Taljana, li m’għadhiex tgħix f’Malta, kienet ammettiet l-akkużi u ingħatat il-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li ma terġax twettaq reat ieħor fi żmien sentejn.
Il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Simone Grech qalet li m’hemmx biżżejjed provi biex Maniscalco jinstab ħati.
il-Prosekuzzjoni ma tellgħetx lill-kaxxiera bħala xhud.