Missier tifla b’diżabilità kien illiberat għat-tieni darba wara li l-Qorti tal-Appell ma sabitux ħati li abbuża sesswalment lil bintu.
F’April ta’ sentejn ilu r-raġel kien ġie mixli li abbuża minn bintu wara li l-iskola t-tifla bid-Downs Syndrome semmiet raġel bl-istess isem tar-raġel t’ommha, u daħħal xi ħaġa fil-parti privata tagħha.
It-tifla anke stimulat lilha nnifisha sesswalment permezz ta’ oġġetti li jintużaw waqt lezzjoni tal-edukazzjoni fiżika.
L-esperti sostnew li ma sabux marki li t-tifla ġiet abbużata u qatt ma sofriet minn żmien ħażin marbut ma’ nies li jkunu għaddejin minn abbuż.
Il-Qorti nnutat li minħabba d-diżabilità tagħha, it-tifla li għandha tmien snin tirraġuna b’moħħ ta’ waħda ta’ sentejn u m’għandiex l-għarfien tal-konsegwenzi għall-gideb.
Hawnhekk l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kkonfermat is-sentenza li tat l-ewwel Qorti u ħelset lir-raġel minn kull akkuża.