Raġel ġie meħlus mill-akkuża li abbuża sesswalment minn tifla ta’ tmien snin. Abbuż li kien allegat li seħħ f’Lulju tas-sena l-oħra fil-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa.Intqal li l-akkużat kien ma’ familtu u n-neputija, meta niżlu jilgħabu fil-baħar, fejn qagħdu fil-baxx u bdew jiġru u jwaddbu lil xulxin fil-baħar stess.
It-tifla, meta marret lura d-dar, qalet lill-ommha li l-akkużat kien missilha l-parti tagħha, u sar rapport fl-għassa tal-Pulizija.
Il-Maġistrat Audrey Demicoli innotat li minn dak li qalet it-tifla jqumu diversi dubji u struzzjonijiet li kienet ħadet it-tifla mingħand ommha, li jaf wasslu biex il-logħob fil-baħar u kuntatti aċċidentali ġew interpretati ħażin.
Il-Qorti ordnat li isem l-akkużat ma jixxandarx.