Id-Duka ta’ York, il-Prinċep Andrew, qed jffaċċja reazzjonijiet diversi għal intervista li ta lill-midja Ingliża dwar ir-rabtiet li għandu ma’ Jeffrey Epstein, li kien affaċċja akkużi ta’ stupru.
Persuni viċin tiegħu spjega lill-BBC li l-prinċep ried jindirizza dan is-suġġett b’onestà. Fl-intervista l-prinċep ċaħad li kellu relazzjoni sesswali ma’ tifla ta’ 17-il sena, li sejħet lilha nnifisha Virginia Roberts.
Għal dawn l-aħħar xhur huwa kien qed jaffaċċja bosta domandi dwar x’rabtiet kellu ma’ Epstein. Dan tal-aħħar neħħa ħajtu b’idejh waqt li kien qed jinstema’ każ kontrih fuq traffikar tal-bnedmin għal skopijiet sesswali.
Filwaqt li għadu mhux ċar jekk l-intervista tal-prinċep saritx bil-barka ta’ Buckingham Palace, jew kinitx deċiżjoni tiegħu biss. L-avukati tal-allegat vittmi ta’ Jeffrey Epstein qed iħeġġu lid-Duka ta’ York biex iwieġeb xi domandi lill-White House taħt ġurament.