F’intervista fejn bħas-soltu spikka l-bitterness, ħareġ ċar kif Simon Busuttil mhux biss qed jiġi jaqa’ u jqum mill-interess Nazzjonali (tant li ftaħar li ħadem kontra n-nomina ta’ Leo Brincat) iżda lanqas biss għandu rispett lejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-Kunsill hemm il-Presidenti u l-Prim Ministri tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, li għad irid jiddiskuti n-nomina ta’ Brincat iżda li diġa qed jattakahom.
Dan innotaħ il-Partit Laburista wara l-intervista tal-Kap tal-Oppożizzjoni fuq Radio 101.
In-nominazzjoni ta’ Leo Brincat għad trid tgħaddi mill-għarbiel tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, iżda fid-dagħdiha li għandu li jkompli jagħti l-gambetti lil Malta, Simon Busuttil qed jipprova jagħti l-impressjoni li din il-fazi hija biss formalità, b’disrispett sħiħ lejn l-istati membri.
Kellu bżonn l-istess l-ħeġġa li qed juri l-Kap tal-Oppożizzjoni biex jagħmel il-bsaten fir-roti għal Malta juriha biex jippublika l-ismijiet wara l-iskema ta’ dejn sigriet tiegħu, skema li tippromwovi l-ħasil ta’ flus.
Iżda huwa ċar li Simon Busuttil irid ikompli jaħbi.