Il-President Amerikan Donald Trump irrifjuta li jsib kompromess għax-xewqa tiegħu li jibni ħajt fuq il-fruntieri Messikani. Huwa qal li m’għandu ebda ħsieb li jnaqqas il-fondi li huwa kien qed jitlob, u rrepeta t-theddida li jiddikjara emerġenza Nazzjonali jekk il-fond ta’ aktar minn ħames biljun Dollaru Amerikan ma jkunx allokat.
Intant, b’rabta ma’ dan, iċ-Chief of Staff il-ġdid tiegħu Mick Mulvaney qal li x-shutdown tal-Gvern mistenni jieħu aktar fit-tul. Dan minkejja li d-Demokratiċi Amerikani qed jirrifjutaw li jappoġġjaw l-allokazzjoni ta’ dawn il-flus għal kawża daqshekk “immorali”.