Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, wieġbet biss b’“mhux affarik” meta mitluba tikkonferma jew le li l-Partit Nazzjonalista għandu €20 miljun dejn.
Fil-programm Reporter, Ann Fenech kienet iffaċjata dwar l-iskema ta’ self sigriet li qed imexxi l-Partit Nazzjonalista u hemm insistiet li mhux se tkun qed tippubblika l-ismijiet ta’ min isellef lill-Partit Nazzjonalista eluf ta’ ewro.