L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà (OHSA) esprimiet diżappunt lejn dawk li qed jibagħtu ritratti lill-mezzi tax-xandir, mingħajr ma jinfurmawha meta jkun hemm sitwazzjoni perikoluża.
Fi stqarrija l-Kap Eżekuttiv Mark Gauci rrefera għal rapport li deher fuq it-Times, fejn jidher raġel b’gaffa sospiż minn krejn, jipprova jwaqqa’ saqaf.
L-OHSA qalet li kien biss b’kumbinazzjon li skopriet dwar din is-sitwazzjoni, meta s-saqaf kien laħaq twaqqa’ u l-periklu kien seħħ. Uffiċjali ħadu l-azzjoni neċessarja, iżda l-OHRA ikkundannat bl-aħrax il-fatt li min ġibed ir-ritratt ħass li kellu jirrikorri għand il-media u mhux għand l-awtorità, biex forsi titranġa s-sitwazzjoni.
Dan mhux aċċettabbli llum il-ġurnata, sostniet l-OHSA.
Ritratt li ntbagħat lit-Times mingħajr ma ġew informati l-OHSA