Il-Kap tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li jekk ikollu jsir it-tieni referendum huwa mhu se jkun mal-ebda naħa sabiex ikun newtrali.
Dan qalu meta l-Ħamis nieda l-manifest elettorali għall-elezzjoni tat-12 ta’ Diċembru, fejn wiegħed li se jinnegozja ftehim ieħor mal-Unjoni Ewropea u wiegħed ukoll li se jkun qed isir it-tieni referendum.