L-Assoċjazzjoni Maltija għar-ristoranti u l-lukandiera esprimiet sodisfazzjon għall-aħbar li pajjiżna għandu surplus wara numru ta’ deċennji. Fi stqarrija ntqal li ilhom snin jgħidu lill-gvernijiet dwar il-ħtieġa li pajjiżna jkollu surplus.
“Is-surplus huwa riżultat ta’ attività ekonomika li żdiedet,” qalet l-MHRA li nnotat is-sehem tat-turiżmi.
“Muscatonomics wasslet għal espansjoni tal-ekonomija li wasslet għal dħul sostanzjali lill-Gvern. Il-kisba tal-2016 kienet tajba ħafna,” qal il-President tal-MHRA Tony Zahra li żied li issa Malta trid tibda taħseb għal mudell finanzjarju li jsaħħaħ l-infrastruttura.
Tony Zahra semma lil Singapore bħala l-pajjiż li Malta għandha taspira li jkollha l-istatura tiegħu.