Nhar it-Tlieta, il-kelliem nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Oppożizzjoni se titlob lill-Awditur Ġenerali jinvestiga.
Fil-Parlament il-biertaħ, il-Ministru assigura li l-Awditur se jsib il-koperazzjoni sħiħa tal-uffiċjali tal-ministeru jekk jagħmel din l-investigazzjoni.
Qal li huwa m’għandux x’jaħbi tant li kien hu li bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari qal li x-xogħol għadu għaddej u ser tiġi jiswa €880,000 (VAT eskluż) u li l-approvazzjoni finali għal dan ix-xogħol ingħatat fl-14 ta’ Diċembru 2016.
Il-Ministru spjega li l-kumpanija Go kien ilha snin twal tagħel dan ix-xogħol fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u kienet anke tuża s-sistema ta’ sub-contracting. Dan kien isir anke taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Issa l-Go ddeċidiet li ma tkomplikx tagħmel dan ix-xogħol għax għandha xogħol ieħor. Kien minn hawn, qal li l-kumpanija li kienet qed tagħmel is-sub contracting baqgħet tagħmel ix-xogħol f’Kordin.
F’rapport li kien għamel, Martin Scicluna kien irrikmanda biex il-Ministeru jieħu ħsieb urġenti s-servizzi tal-IT u s-sistemi tas-CCTV cameras għax dawn kienu fi stat ħażin.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Abela qal li bejn l-2013 u dis-sena, applikkaw 406 għall-parole, li minnhom 71 ġew aċċettati.
Qal ukoll li fil-waqt li fl-2009 saru biss 252 test tal-urina għad-droga, is-sena l-oħra saru 1,846.
Il-Ministru appella lill-Oppożizzjoni tkun aktar responsabbli u twaqqaf in-negattività u t-tgħajjir għal kull ħaġa li jagħmel il-gvern.