Missier studenta Żvediża f’Ruma qal li ma tridx tmur id-dar. Din hija l-istess tfajla li saret famużissima meta bdew jaħsbu li setgħat tkun Madeline McCann.
Mhix Madeline, imma Embla Jauhojarvi ta’ 21 sena, li ssofri mill-kundizzjoni Asperger’s. Qalet lill-ġenituri tagħha li trid tibqa’ torqod barra fit-toroq ta’ Ruma wara li ċaħdet l-appelli tal-ġenituri tagħha biex tmur lura l-Iżvezja.
Il-ġenituri u t-tfajla ngħaqdu f’mument emozzjonanti fl-ambaxxata Żvediża, u wara missiera Tahvo qal li tinsab fi stat ħażin ħafna. Jixtiequ jieħduha lura l-Iżvezja imma diffiċli jikkontrollawha kontra l-volontà tagħha. L-Italja mar ma’ omm Embla u l-eks martu, il-bankiera Ilona Kapp.
In-negozjant ta’ 54 sena kien bid-dmugħ f’għajnejh meta kellem lill-ġurnalisti barranin, u appella lill-awtoritajiet Taljani ma jħalluhiex barra fit-triq.
Embla ħarbet mid-dar sitt xhur ilu. Minn dak iż-żmien, bdiet ħidma intensiva biex tinstab. Hija ħarbet meta missierha kien imsiefer, marret l-Italja bil-moħbi u inkitbet għal kors tal-lingwa fin-nofsinhar tal-pajjiż. Meta ntemm il-kors, qabdet ferrovija għall-belt kapitali u qatt ma marret lura lejn Stokkolma.
“Irrid inżommha miegħi u niżgura li tinsab tajba – irrid neħodha d-dar” qalet ommha.