Il-Prinċep ta’ Wales qal li se jagħti l-opinjoni tiegħu fuq diversi temi wara li jsir Re, għaliex “m’hinix daqshekk stupidu”.
Fuq dokumentarju li xxandar għall-għeluq is-70 sena tiegħu, huwa qal li jkun assurd jekk jibqa’ jikkampanja fuq temi bħall-ambjent, li huwa magħruf li għandu opinjonijiet b’saħħithom dwaru.
Saħaq li bħala Re, se jkun qed jimxi mal-parametri kostituzzjonali u mal-protokol stabbilit.