Sħana kemm hi sħana, ara ma jgħaddilekx minn moħħok li tmur il-Qorti b’xi flokk li tant hu ħafif li jgħaddi d–dawl minnu. Iċ-charter imniedi llum għaċ-ċittadini li jużaw il-Qorti jsemmi dan it-tip ta’ ilbies fost dak li m’għandux jintlibes meta wieħed imur il-Qorti.
Fil-fatt waħda mill-mistoqsijiet li jwieġeb iċ-charter hemm dak dwar x’għandu jilbes meta wieħed imur il-qorti. Jew inkella m’għandux. M’għandekx tilbes:
- Ilbies trasparenti u skullat
- Ħwejjeġ bi kliem offensiv, razzista, sessista jew oxxen
- Ilbies maħmuġ jew imqatta’
- Tank tops, ħalter tops, u flokkijiet biċ-ċingi
- Xorts jew bermuha
- Flip flops
- Kpiepel u hoodies
Fi kliem ieħor l-irġel jidħlu fl-awla bil-ġlekkk u l-ingravata, u n-nisa jidħlu bi ħwejjeġ bi kmiem.