Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ħass il-bżonn jiddikjara li m’hemm ebda qasma fil-partit immexxi minnu.
Dan fi żmien meta l-PN qed juri sinjali ta’ firdiet irriversibbli, tant li kien hu stess li ddikjara li qal lil DeMarco jagħżel; jew jirriżenja mill-pożizzjoni tiegħu mal-grupp DB, jew inkella jirriżenja minn Viċi Kap. B’dan il-fatt merut ukoll mill-Viċi Kap, DeMarco jinsab f’sitwazzjoni fejn qed jiddefendi r-rabtiet tiegħu mal-grupp DB, igiddeb lill-Kap tal-Partit u jitfa’ l-battuti dwar l-inġustizzji interni fi ħdan il-PN.
“Jien il-kap tal-Partit” kellu jinsisti Busuttil; stqarrija riflessiva tal-pressjoni kbira li ġab b’idejh, filwaqt li waqt konferenza li ndirizza waħdu, qal li l-qasma fil-PN hija biss impressjoni ta’ wħud.