“Għaddew ħmistax minn meta tlifna lil ommna, darna u ħwejjiġna. Kellna mumenti ta’ rabja, dispjaċir u niket għax ħajjitna nbidlet mil-lejl għan-nhar”, stqarret dan Ivana bint Miriam Pace li tilfet ħajjitha wara li ġġarrfet darha.
Minkejja dan Ivana sostniet li għalkemm hi familtha għexu mumenti diffiċli sabu appoġġ kbir li wieħed ma jistax jiddeskrivih. Hija semmiet qraba, ħbieb. bosta entitajiet u anke persuni oħra li huma ma kinux jafuhom, imma saru jafu lil xulxin permezz ta’ din l-esperjenza.
Bint Miriam kompliet tgħid li kull persuna li għenithom tathom l-kuraġġ li kellhom bżonn f’dan iż-żmien tant diffiċli, il-forza biex jimxu ‘l quddiem, kif ukoll il-pożittività biex iħarrsu lejn il-ġejjieni.
Hija qalet li m’hemmx kliem biżżejjed biex jirringrazzjaw lil dawn il-persuni. Huma grati għal ħajjithom kollha.