Il-White House qalet li l-Istati Uniti m’għandhomx intenzjoni li jneħħu r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar b’rabta mal-COVID-19 għal persuni barra mill-Amerka.
Din id-deċiżjoni ttieħdet fost pressjoni minn linji tal-ajru u dawk fl-industrija tat-turiżmu li qed jitolbu għat-tneħħija tal-projbizzjoni tal-ivvjaġġar għall-Ewropej fl-Amerka qabel jintemm l-istaġun tas-sajf.
Id-deċiżjoni ttieħdet minħabba żieda fl-infezzjonijiet xprunata mill-varjant Delta, fl-istess waqt li riċentament ħareg avviż kontra vjaġġar lejn ir-Renju Unit.
Il-White House qalet li l-każijiet mistennija jkomplu jiżdiedu fil-ġimgħat li ġejjin u l-Istati Uniti se jżommu mar-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar li hemm fis-seħħ bħalissa.